Episodju 42
F’dan l-episodju ta’ Wiċċ imb Wiċċ, Antonella Axisa titkellem ma’ Nadia Mifsud dwar ir-rumanz tagħha Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (Merlin Publishers, 2017). L-istorja hija mibnija fuq ir-rakkont ta’ omm tar-relazzjoni diffiċli ma’ bintha Abigail u t-traġedja tal-ħajja qasira tagħha.
Din l-intervista dehret għall-ewwel darba fuq il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb nhar il-25 ta’ Lulju 2018.