manifest għal binti

ġo fija
mġemmgħa
r-rabja
il-qilla
ta' nannti
u bużnannti
u dawk kollha li qabilhom
jew bħalhom
riedu
u ma setgħux
għax ma kinux irġiel

u ntenni l-kliem li qatt ma lissnu
ngħix il-ħajja li qatt ma basru
noħlom il-ħolm li fgawlhom f'ġufhom
noħlom
u nemmen
għax 'il binti rridha ħielsa

nadia mifsud

Mill-ġabra żugraga (2009).


Fl-2021, din il-poeżija intużat f’kampanja pubbliċitarja tal-kumpanija Mvintage, li wriet ix-xogħol siwi li qed jagħmlu Joan Abela u t-tim tagħha fl-Arkivji Notarili. Il-leħen hu tal-poetessa brava Leanne Mifsud.