kustilji u mgħażel

L-ewwel rumanz ta’ Nadia Mifsud, issa stabbilita sew fil-poeżija sew fin-narrattiva, huwa eżempju ieħor ta’ kitba minn mara li tistħarreġ id-dinja mill-esperjenza femminili, aktar milli l-ħajja tal-mara kif distinta mir-raġel jew inkella bħala estensjoni jew deklinazzjoni tiegħu. Mark Vella fl-aħħar jaqra Ir-Rota Daret Dawra (Kważi) Sħiħa.