Read in English.
Luke Galea jidħol f’diskursata mal-Poeta Lawreata Nadia Mifsud fuq Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022) ta’ Claudia Gauci, ix-xbihat li tevoka din il-ġabra, id-djalogu li jinħoloq mal-qarrejja permezz ta’ kull titlu mistoqsija, u l-mod kif Gauci ppreżentat lill-mara.
Mifsud ippubblikat tliet ġabriet tal-poeżija, rumanz, Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (Merlin Publishers, 2017), u ġabra ta’ stejjer qosra, Żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), li kollha jiffukaw fuq is-suġġett li tittratta b’mod rikurrenti, l-esperjenza tal-mara, espressa b’mod elokwenti imma istintiv u onest. Iż-żewġ ġabriet ta’ poeżija tagħha Kantuniera ’l Bogħod (Skarta, 2015) u Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2021) rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u għalhekk fl-2022 Mifsud ingħatat it-titlu ta’ Poeta Lawreata.
Kotba diskussi f’dan l-episodju:
- Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022)
- Nadia Mifsud, Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2022)
Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/
Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.
markapaġna, special edition: nadia mifsud
Luke Galea chats with the Poet Laureate Nadia Mifsud on Claudia Gauci’s Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022), the imagery this poetry collection evokes, the dialogue it engages the reader in by framing each poem with a title posited as a question, and the way Gauci presents womanhood.
Mifsud has published three poetry collections, a novel, Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa, Merlin Publishers, 2017), and a book of short stories, Żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), all of which bear out her recurring focus on the experience of womanhood, expressed in eloquent, but visceral, honesty. Her two poetry collections Kantuniera ’l Bogħod (Skarta, 2015) and Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2021) were awarded the National Book Prize, leading her to receive the title of Poet Laureate.
Books discussed in this episode:
- Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022)
- Nadia Mifsud, Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2022)
Music:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/
Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday. Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit https://ktieb.org.mt/.
Dan il-kontenut kien ippubblikat għall-ewwel darba fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb nhar l-24 ta’ Jannar 2023.
https://ktieb.org.mt/mt/news/markapagna-episodju-specjali-nadia-mifsud/