Rumanz rebbieħ tal-kompetizzjoni letterarja #abbozz

Finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Din l-istorja ta’ Abigail — suppost.

Fil-verità, imma, hija wkoll l-istorja — jew għall-inqas biċċa mill-istorja — ta’ Abigail u Aron, ta’ Abigail u Sonia, ta’ Abigail u Vince, u fuq kollox, ta’ Abigail u ommha.

Le, żomm.

Din l-istorja hija ta’ Abigail skont ommha. Kobba mħabbla, Abigail. U ommha ilha snin tipprova ssib irkaptu tat-trufijiet kollha. It-trufijiet ta’ bintha, imma mhux biss. Immermra din l-omm. Konvinta li hi wkoll għandha x’taħti. Tixtieq treġġa’ lura ż-żmien, tħoll il-kliem li ntqal. Persważa li l-ħajt bejnha u bejn bintha kien jinħatt kieku hi mxiet mod ieħor. Anzi. X’aktarx qatt ma kien ikun hemm ħajt, u Abigail ma kinitx tispiċċa kif spiċċat. U Sonia … x’kien jiġri kieku Sonia tkellmet?

https://merlinpublishers.com/product/ir-rota-daret-dawra-kwazi-shiha/

estratt


wiċċ imb wiċċ

Episodju 42

F’dan l-episodju ta’ Wiċċ imb Wiċċ, Antonella Axisa titkellem ma’ Nadia Mifsud dwar ir-rumanz tagħha Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (Merlin Publishers, 2017). L-istorja hija mibnija fuq ir-rakkont ta’ omm tar-relazzjoni diffiċli ma’ bintha Abigail u t-traġedja tal-ħajja qasira tagħha.


Din l-intervista dehret għall-ewwel darba fuq il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb nhar il-25 ta’ Lulju 2018.

https://www.facebook.com/watch/?v=10156482161857456