ibażwruni għajnejkom
(lil uliedi)
ibażwruni kultant għajnejkom jistħarrġu 'l wiċċi jfittxu fuq truf xufftejja risposti għall-biżibilju mistoqsijiet li tixtiequ tistaqsuni u ma tafux kif li tixtiquni nwieġeb imma mhux dejjem ikolli aptit ibażwruni għajnejkom iqandlu veritajiet itqal minnkom li aħna l-kbar lanqas inlissnu ma nazzardaw tbażwruni tħobbuni minn tarf sa tarf u lura anki meta kliemi jiċħadkom
nadia mifsud
Mill-ġabra kantuniera ‘l bogħod (Edizzjoni Skarta, 2015).